Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 25:1-12
Salm:
136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Mt 8:1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!” U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra.

U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”

Qaddis tal-jum: San Irinew, isqof u martri