Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 6, 12b-15.17-19
Salm: 23 (24), 7.8.9.10

L-Evanġelju: Mk 3, 31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”. U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. 

Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.

Qaddis tal-jum: San Tumas ta’ Aquino, Presbiteru u Duttur tal-Knisja