Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Koħ 11:9 – 12:8
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17
L-Evanġelju: Lq 9:43b-45
F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.”
Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.
Qaddisin tal-jum: San Vinċeslaw, Re tal-Boemja, martri, San Lawrenz Ruiz u sħabu, martri