Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħag 1:1-8
Salm:
149 (150):1-2,3-4,5-6a & 9b

L-Evanġelju: Lq 9:7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”. U beda jfittex li jarah.

Qaddis tal-jum: San Lawrenz Ruiz u sħabu, martri