San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ef 2: 19-22
Salm: 116, 1.2
L-Evanġelju: Ġw 20:24-29
Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.
Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Il-paċi magħkom”! Imbagħad qal lil Tumas: “Newwel sebgħek ’l hawn u ara jdejja, u ġib idek u qegħidha fuq ġenbi: qis li ma tonqosx fik il-fidi, iżda emmen”.
Wieġbu Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi”! Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”.