Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:6b-15
Salm:
144 (145):17-18,19-20,21

L-Evanġelju: Lq 6:1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu, u madankollu ħadd ma kien jista’ jiekol minnu ħlief il-qassisin biss?”. U qalilhom: “Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt ukoll”.