Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġer 18, 1-6
Salm: 145 (146), 2abċ.2d-4.5-6
L-Evanġelju: Mt 13, 47-53
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.
Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. Kollu fhimtuh dan?”. “Iva”, qalulu. U hu qalilhom: “Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim”. Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm.
Qaddis tal-jum: San Pietru Krisologu, Isqof u Duttur tal-Knisja