-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
Salm: 18, 2-5Evanġelju: Mattew 4, 18-22
-
F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
Wara li mexa minn hemm, ra żewġ aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom, Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom. Minnufih telqu d-dgħajsa u ’l missierhom, u marru warajh.
Qaddis tal-jum: Sant’Andrija, Appostlu