-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Lhud 10, 19-25
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6L-Evanġelju: Mark 4, 21-25
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”.
U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll. Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu”.
Qaddis tal-jum: San Ġwann Bosco