Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġer 30, 1-2.12-15.18-22
Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23
L-Evanġelju: Mt 15, 1-2.10-14
F’dak iż-żmien, xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu!”. Imbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni!”. Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem!”.
Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?”. Iżda hu weġibhom: “Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala’ mill-għeruq. Ħalluhom: dawk għomja mexxejja tal-għomja; jekk agħma jmexxi lil agħma ieħor, it-tnejn jaqgħu ġol-ħofra!”.
Qaddis tal-jum: San Ġwann Marija Vianney, Presbiteru