Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 2:1-8
Salm:
136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 9:57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”.

U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”.

Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”.

Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla”.

U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil tad-dar”.

Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura mhuwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla”.

Qaddis tal-jum: San Franġisk ta’ Assisi, djaknu