-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Ġen 23, 1-4.19; 24, 1-8.62-67
Salm: 105 (106), 1-2.3-4a.4b-5L-Evanġelju: Mt 9, 9-13
-
F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.
Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol malpubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”. Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri: “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju”; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin”.
Qaddis tal-jum: San Anton Marija Zaccaria, Presbiteru