Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni,
biex kull min jemmen fih ma jintilifx,
iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja,
imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.
Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat;
iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat,
għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla.
U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja,
imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl,
għax l-għemil tagħhom kien ħażin.
Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl,
u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx.
Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl,
biex juri li hemm Alla f’għemilu.”
Qaddis tal-jum: Beatu Notker, Patri Benedittin