• San Mark 6:45-52

      Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu,  għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom. Huma rawh miexi fuq il-baħar u stħajjluh xi fantażma, u qabdu jgħajjtu, għax ilkoll tbeżżgħu kif rawh. Iżda hu minnufih kellimhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn.” Mbagħad tala’ ħdejhom fid-dgħajsa, u r-riħ waqaf. U komplew tnixxfu fihom infushom bil-għaġeb,  għax il-miraklu tal-ħobż ma kinux fehmuh, imma moħħhom kien magħluq.

      Qaddis tal-jum: San Andre Bessette, C.S.C.