Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 23:1-4,19; 24:1-8,62-67
Salm:
105 (106):1-2.3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”. Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri: “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju”; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin”.