-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21abL-Evanġelju: Ġw 6, 30-35
-
F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.
Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”. Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż”.
Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”