Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 16:22-34
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8
L-Evanġelju: Ġw 16:5-11
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.
U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju. Id-dnub, filli huma ma jemmnux fija; il-ġustizzja, filli jien sejjer għand il-Missier, u intom m’intomx se tarawni iżjed; il-ġudizzju, filli l-Prinċep ta’ din id-dinja huwa ġa kkundannat.”