-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Kol 1, 21-23
Salm: 53 (54), 3-4.6 u 8L-Evanġelju: Lq 6, 1-5
-
Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.
Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu, u madankollu ħadd ma kien jista’ jiekol minnu ħlief il-qassisin biss?”. U qalilhom: “Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt ukoll”.