-
-
Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna awgura li l-Mulej Ġesù jidħol tassew fil-qalb tagħna bil-faraġ tiegħu imma anke bil-kelma għażiża tiegħu. “Dan il-Milied, il-Mulej qed jistiednek tersaq lejn il-Knisja u lejn il-Quddies, lejn is-Sagrament tal-Qrar u tat-Tqarbin.”
L-Arċisqof qal li Ġesù qed jistedinna biex naħfru lil xulxin, inħobbu iżjed lil xulxin, naraw il-preżenza tiegħu f’ħutna, b’mod speċjali dawk ħutna li għandhom bżonn speċjali tal-imħabba u l-attenzjoni tagħna.
Appella biex fost il-ħafna attivitajiet li jkollna f’dawn il-festivitajiet, ikollna wkoll iċ‑ċans nifhmu li dawn il‑festi huma dwar persuna, dwar il‑Mulej Ġesù, u nagħtuh ukoll l-opportunità li jfarraġna.
Segwi l-messaġġ tal-Arċisqof minn quddiem il-Presepju Naplitan fil-Katidral tal-Imdina.
Nawgurawlkom Milied qaddis u Sena Ġdida mimlija risq.