L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) twaqqaf bħala risposta għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan sabiex tiġi promossa u kkoordinata waħda mill-ikbar sfidi li għandha quddiemha l-Knisja f’Malta: dik li tipprepara nsara għall-ħtiġijiet veri tar-realta’ soċjali kif inhi llum.
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali (IFP) għalhekk għandu l-għan ewlieni li jipprovdi formazzjoni ħolistika kif meħtiega lill-membri kollha tal-komunità kattolika f’Malta. Fl-isforz sabiex tissaħħaħ l-identità ta’ din il-komunità ta’ aħwa, l-Istitut irid: joffri opportunitajiet ta’ (a) formazzjoni permanenti, u (b) ta’ esperjenzi spiritwali; (ċ) jippromwovi l-formazzjoni professjonali ta’ l-operaturi pastorali għat-twettiq tal-ministeri u tal-ħidmiet tagħhom; (d) kif ukoll jipprovdi esperjenzi ta’ djalogu mas-soċjetà Maltija.
L-IFP huwa istituzzjoni fejn il-persuni, u, indirettament, il-komunitajiet li huma jifformaw, isibu l-għajnuna meħtieġa li permezz tagħha jintlaħaq dejjem iktar il-bżonn li:
- jkunu megħjuna sabiex jimmaturaw fl-għerf, mill-aspett tal-qalb, mill-aspett tal-moħħ u mill-aspett tar-ruħ;
- tinbena l-identità tagħhom bħala membri tal-komunità kattolika Maltija;
- jikbru fl-għarfien tas-sejħa li Alla jagħmlilhom u għalhekk jikbru fl-għarfien tar-responsabbiltà li għandhom quddiem l-opportunitajiet li qed joffru ż-żminijiet ta’ llum;
- jikbru quddiem l-isfida li jgħixu u jipprattikaw il-Kmandament ta’ l-Imħabba;
- jidħlu iktar fil-fond tas-sbuħija li ġġib magħha s-sejħa tal-fidi;
- jiddjalogaw mal-isfidi li l-kultura u l-mod ta’ ħsieb illum qed joffrulhom;
- jiżviluppaw dak it-taħriġ neċessarju u jagħrfu modi ġodda ta’ azzjoni li permezz tagħhom, bħala persuni nsara, jemmnu li jistgħu jagħtu kontribut permezz ta’ l-azzjoni ministerjali li għaliha jħossuhom imsejħa;
- jagħrfu lilhom infushom bħala l-magħżula u l-maħbuba tal-Ħallieq, mibgħuta biex jixhdu lil Kristu Rxoxt, li jwassal għall-Ħajja bil-kotra fil-ħajja personali, komunitarja u soċjali tagħhom.
Biex ikun hemm akkumpanjament li fih il-persuna li għamlet l-għażla tal-fidi tiġi
megħjuna timmatura fl-impenn u fil-kontribut tagħha fi ħdan il-Knisja (u hekkukoll fis-soċjetà), l-IFP għandu l-għan li jipprovdi mumenti ta’ formazzjoni sħiħa (ħolistika).
Fis-Sinodu Djoċesan ħareġ ċar il-bżonn li l-IFP:
- jfassal proġett komuni ta’ formazzjoni għall-Knisja f’Malta;
- joffri mixja mibnija u msaħħa fuq id-dimensjoni biblika, teoloġika, spiritwali, morali, pastorali u umana;
- jiżviluppa proġett aktar speċifku li jħaddan fih opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ fuq livell ġenerali u fuq livelli iktar speċjalizzati;
- joffri esperjenzi ta’ approfondiment spiritwali bħala s-sinsla tal-mixja tad-dixxiplu wara Kristu;
- jmexxi lejn direzzjoni koordinata il-korsijiet li diġà qed jsiru fi ħdan is-Segretarjati u l-Kummissjonijiet Djoċesani biex titwettaq il-viżjoni ta’ proġett koordinat skond il-ħtiġijiet ta’ l-Arċidjoċesi;
- f’kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra, jidentifika ħidmiet speċifiċi fil-Knisja u jifli x’kompetenzi, tagħlim u mezzi huma meħtieġa għal dawn il-ħidmiet;
- jikkoopera ma’ aġenziji tad-Djoċesi u oħrajn biex jilħaq il-bżonnijiet formattivi tagħhom;
- jagħti ċertifikazzjoni għall-korsijiet ta’ formazzjoni pastorali;
- jipprepara skema ta’ livelli u ta’ standards għall-korsijiet differenti;
- jara u jiċċertifika li livelli, kontenuti u metodoloġija tal-korsijiet li huma mogħtija fi ħdan id-Djoċesi huma ta’ standards tajbin.
L-Istitut joffri opportunitajiet formattivi lil:
- Operaturi pastorali;
- Professjonisti;
- Dawk li jixtiequ jagħmlu japprofondixxu l-ħajja tal-fidi tagħhom.
L-istitut joffri:
- Riżorsi online
- Seminars, lezzjonijiet, taħditiet u korsijiet online
- Seminars, lezzjonijiet u taħditiet
- Programmi ta’ taħriġ
- Programmi ta’ CPD (Continues Professional Development)
- Djalogu mas-soċjeta,
- Korsijiet u diplomi akkreditati.
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hu reġistrat mal-MFHEA bħala istitut ta’ tagħlim
u bħalissa joffri korsijiet ta’ livelli 3, 4, 5, 6 u 7.
Direttur
Rev. Dr André Zaffarese S.Th.D.
Membri tal-Board
Rev. Prof Mark Sultana Ph.D.
Prof. Nadia Delicata S.Th.D, Ph.D.
Prof. Jean-Paul De Lucca Ph.D.
Ms Mariella Catania M.A.
Segretarju tal-Board
Mr Frank Mifsud
Staff
Mr Claude Mifsud – Senior Executive
Mr Brandon Cauchi – Executive (Operations)
Ms Corinne Sammut Micallef Grimaud – Executive (Course)
Mr Jonathan Ellul Bonnici – Executive (Logistics)
Ms Marisabel Spiteri – Executive (Administration)
Email: [email protected]
Website: pfi.edu.mt
Facebook: Pastoral Formation Institute
Instagram: @pastoralformationinstitute
Kuntatt: +356 25906514/6, +356 79201358
Indirizz Postali:
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali,
c/o Il-Kurja tal-Arċisqof,
Pjazza San Kalċidonju,
Il-Furjana FRN 1535, Malta.