• ***

    Direttur: Babak Najafi
    Atturi: Gerard Butler, Aaron Eckhart, Radha Mitchell, Morgan Freeman
    Ħin: 99 minuti
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
    Klassifika tal-Gvern: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15
    Mike Banning, l-aġent tas-Secret Service personali mqabbad biex iħares lil President Amerikan Benjamin Asher, ikun qed jaħsibha jekk jirriżenjax mix-xogħol tiegħu biex iqatta’ aktar ħin ma’ marthu u ibnu li dalwaqt jitwieled, meta jsib li se jkollu jagħmel biċċa xogħol oħra; il-prim ministru ta’ Londra miet f’daqqa waħda u se jkollu jakkompanja lil  President Asher għal funeral, li se jattendu għalih ħafna mill-mexxejja tad-dinja. Iżda hekk kif il-mexxejja jibdew jiltaqgħu għal-funeral iseħħu għadd ta’ attakki bil-bombi fuq Londra u mijiet ta’ pulizzija foloz jibdew joqtlu ħafna nies fit-toroq, inkluzi l-mexxejja ta’ Franza, Canada, Italja u l-Ġapan. Minħabba li Banning kien iddeċieda  li l-President Asher jasal qabel l-oħrajn huma jeħilsuha u anke jsalvaw meta l-helicopter tal-President jagħmel crash landing wara li jkunu sparaw fuqu. Il-moħħ wara dawn l-attakki ikun Aamir Barkawi, it-terrorist mill-Lvant Nofsani. Barkawi hu determinat li joqtol  lil Asher, u għalkemm l-ewwel attentat żgarralu, għandu pjan ieħor biex jaħtaf lil Asher u joqtlu quddiem il-cameras tat-tv. Filwaqt li l-viċi-President u l-Kabinett Amerikan ikunu qed jaraw kif jistgħu jeħilsu lil Asher, Banning jipprova jipproteġih bl-għajnuna ta’ Jacqueline Marshall, aġent ta’ l-MI-6, li hija determinata li ssib minhu t-traditur fl-aġenzija li għin biex isiru dawk l-attakki.
    Film t’azzjoni u thriller, li jkompli fuq il-film ‘Olympus Has Fallen’ tal-2013, b’ħafna mill-atturi ta’ dan ta’ l-aħħar jaħdmu wkoll fil-film ‘London Has Fallen’. Film b’ħafna vjolenza u kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.