• ****

    Direttur:          Luc Besson
    Atturi:              Scarlett Johansson, Morgan Freeman, Amr Waked, Choi Min-sik, Julian Rhind- Tutt, Pilou Asbaek, Analeigh Tipton u Nicolas Phongpheth
    Ħin tal-film:    89 min.
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15       
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18
     
    Lucy hi tfajla Amerikana  ta’ 25 sena. Tgħix ġewwa Tapei  fi Taiwan. Sfortunatament, in-namrat kien jaħdem ma’  Mr. Jang, baruni ta’ droga mill-Korea u qqarraq biha. Lucy spiċċat b’kaxxetta mimlija droga biex twassalha għand Mr. Jang. Id-droga sintetika kienet speċjali, tiswa l-flus, bl-isem ta’ CPH4. Minn hawn Lucy tibda avventura li qatt ma bassret li xi darba kellha tgħaddi minnha. Kif waslet il-kaxxetta lil Mr. Jang, isib ruħha mdaħħla f’komplott  biex hi, ma’ tlieta oħra jinfiltraw b’din id-droga, is-suq Ewropej. Dan sar billi l-pakkett ta’ droga ġie meħjut fl-istonku. Miżmuma fil-jasar tistenna l-jum li tkun tajba biex isiefer lejn l-Ewropa,  dak li kien qiegħed iżomm għajnejh fuqha, jipprova jistuprah, iżda hi rreżistit u spiċċat taqla’ daqqa ta’ sieq fl-istonku. Il-borża droga li kellha infaqgħat u kwantita` minnha spiċċat fis-sistema ta’ ġisimha. Minn hawn Lucy bdiet takkwista qawwa tal-għaġeb kemm mentalment kif ukoll fiżikament inluż telepatija, telekinesis kif ukoll is-setgħa li tmur lura fi żmien. Lucy ukoll spiċċat b’kapaċita` li ma tħoss ebda uġigħ barra wkoll kapaċitajiet oħra li għamluha mara differenti minn dik li kienet. Wara li teħles minn dawk li kienu qegħdin iżommuha fil-jasar, tmur l-isptar biex ineħħulha l-borża droga li kienet mwaħħla  fl-istonku . Wara tmur lura lejn il-lukanda fejn  kien hemm Mr. Jang u sħabu  u wara li tassaltah u toqtol lil sħabu kollha, b’telepatija ssir taf id-destinazzjoni fejn it-tlieta l-oħra  kienu spiċċaw  bi droga.  Lucy issir taf ukoll fuq il-kundizzjoni tagħha u tagħmel kuntatt ma’ xjentist u tabib magħruf, il-Professur Samuel Norman biex tagħrfu bil-qagħda tagħha. Ġewwa Pariġi Lucy tagħmel kuntatt mal-kap tal-pulizija Pierre del Rio, li flimkien magħha jagħmel sforz  biex isibu t-tliet pakketti l-oħra. Tgħid jirnexxielhom?  Sadanittant il-qagħda tagħha tkompli tiggrava… x’sejra taghmel issa?         

    Film maħdum tajjeb ħafna bi storja tajba u eċċitanti iżda li titlob dixerniment matur għal min jarah. Minħabba vjolenza qawwija, użu ta’ droga, aggressjoni sesswali kif ukoll kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.