• Bejn is-17 u d-19 ta’ Ġunju, il‑Knisja f’Malta ospitat l‑laqgħa annwali tal‑uffiċjali tal‑media u l‑kelliema tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).

    Din il-konferenza, li saret fil-Kurja tal-Arċisqof, laqqgħet 53 parteċipant minn 27 pajjiż fl‑Ewropa  u mis‑Santa Sede, biex jiddiskutu temi importanti relatati mal‑komunikazzjoni u l‑media. Id‑delegazzjoni  tmexxiet mill‑Kardinal Angelo Bagnasco, President tas‑CCEE.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna ntalab jkun wieħed mill-kelliema ewlenin ta’ din il-konferenza, li ġiet indirizzata wkoll minn Dr Paolo Ruffini, il‑Prefett għad‑Dekasteru tal‑Komunikazzjoni tas‑Santa Sede. L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fetaħ il-konferenza.

    Il-laqgħa f’Malta tas-CCEE wieġbet ukoll għas-sejħa tal-Papa Franġisku li fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni 2019 qal li l-kuntest attwali jsejjaħ lill-Insara biex jimmanifestaw dik il-komunjoni li timmarka l-identità tagħna ta’ nies li jemmnu. Nitolbu sabiex din il‑konferenza sservi ta’ ġid għall‑Knisja Kattolika u għall‑Insara fl‑Ewropa.

    Ara l-filmat bil-konklużjonijiet tal-konferenza tas-CCEE f’Malta.

    0

     Advanced issues found