103 Malta’s Heart

L-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart li beda jxandar f’Lulju 2019 jadotta l-format ta’ chat u music station. L-istazzjon jipprovdi divertiment, informazzjoni, flimkien ma’ programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti. L-għan aħħari tal-istazzjon hu li jwassal il-messaġġ nisrani.

103 Malta’s Heart ħa post Radju RTK u żamm l-istess frekwenza. RTK kien beda jxandar fl-1992 u għal snin twal stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar stazzjonijiet popolari u influwenti f’Malta.

103 Malta’s Heart jista’ jinstema’ wkoll fuq l-internet u fuq il-pjattaforma diġitali.