-
Dame di San Vincenzo
-
Id-Dame di San Vincenzo twaqqfu fis-1617 minn San Vinċenz de Paul fi Franza. Hawn Malta twaqqfu fis-sena 1850 minn Mrs. Matilde Moore O’Ferrall, il-mara ta’ l-uniku gvernatur kattoliku li kien hawn Malta fi żmien l-ingliżi.
L-Isqof ta’ dak iż-żmien, Mons. Pubblio Maria dei Conti Sant, ta l-approvazzjoni tiegħu. Id-Dame jiltaqgħu darbtejn fix-xahar għand is-Sagramentini, il-Belt. Igħinu nies u familji fil-bżonn billi jipprovdulhom ikel, ilbies, mediċini; jgħinu wkoll fl-ispejjeż tal-funerali u tal-biljetti bl-ajru għall-kura medika fl-Ingilterra u jżuru l-anzjani fid-djar tax-xjuħ.
President
Mrs. Margaret Herrera,
“Herrera”, Triq San Vinċenz,
Tas-SliemaTel
2157 3727
2133 0885E-mail
Segretarja
Mrs. Tessie Vella,
c/o Sorijiet Franġiskani,
Triq S. Kristoforu,
il-Belt VLT 03