-
Grupp Kultura Marjana
-
Il-Grupp Kultura Marjana twaqqaf fl-1958 u beda jiffunzjona uffiċjalment bl-ewwel statut tiegħu f’Lulju 1959. Il-grupp ġie mwaqqaf mis-Sur Joseph de’ Conti Manduca, li dejjem kellu xewqa kbira li jorganizza żjajjar lis-santwarji Marjani f’Malta u Għawdex, bil-għan ewlieni li jġib ’il quddiem il-kultura Marjana f’pajjiżna. Il-Grupp għandu il-fuq minn 600 membru. Kull xahar jorganizza Laqgħat ta’ Talb u żjarat kulturali f’diversi Santwarji u Knejjes, speċjalment dawk iddedikati lill-Madonna, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Kull sena jiġi organizzat Kors Marjan ta’ sitt lezzjonijiet li huwa miftuħ għal kulħadd. Isiru wkoll żewġ Irtiri Magħluqa fir-Randan u fl-Avvent. Il-Grupp jitmexxa minn Kumitat Eżekuttiv li jiġi elett kull sentejn f’Laqgħa Ġenerali. Il-motto tal-Grupp hu Ad Jesum per Mariam.
President
Mrs Mary Anne Meilak, Dip.Educ. (Liv), c/o/ 95 Hompesch Road, Fgura.
Tel
2189 6586
2163 2956Segretarja
Miss Doris Mifsud, 181
Main Str. B’Kara
Tel 2144 0006Direttur Spiritwali
Can. Joseph Bonello