• Muppets Most Wanted

  • ****

    Direttur:          James Bobin
    Atturi:             Ricky Gervais, Ty Burrell u Tina Fey
    Ilħna:               Steve Whitmire, Eric Jacobson, Dave Goelz, Bill Barretta, David Rudman, Matt Vogel, Peter Linz u Louise Gold
    Ħin tal-Film:   113 min.
    Maħrug minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U
     
    Il-Muppets, wara l-aħħar film li ntemm  b’suċċess, kellhom problema   x’sejrin jagħmlu issa.  Dominic Badguy  jissuġġerixxi li  hu bħala maniġer  imorru għal tur madwar id-dinja. Kulħadd jaqbel mal-idea. Sadanittant, Constantine, żrinġ aħdar, jixbaħ ħafna lil Kermit, ħlief għal tebgħa sewda fuq wiċċu, kien jinsab jiskonta sentenza ta’ habs  minhabba l-fatt li  kien kkunsidrat bħala wieħed mill-akbar kriminali fid-dinja. B’xi mod jew iehor, Constantine  jirnexxielu jaħrab mill ħabs fis-Siberja u mod jew iehor jikkommunika ma’ Badguy li jinsab taħt il-ħakma ta’ Constantine. Il-Muppets jibdew it-tur tagħhom ġewwa Berlin. Mill-ewwel l-affarijiet bdew ħażin.  Kermit beda jixba mit-tgergir tal-Muppets u anke li Miss Piggy bdiet tirsisti li hu jiżżewwiġha. Għalhekk Kermit jideċiedi li jmur għal dawra  madwar il-belt fuq suġġeriment ta’ Badguy li kien ħejja kollox biex Kermit jinqattaf minn Constantine. Il-pjan jirnexxi mija fil-mija  u fi ftit żmien, Kermit isib ruħhu arrestat u meħud ġewwa l-ħabs fis-Seberja waqt li Constantine jindieħes u jieħu post Kermit mal-kumplament tal-Muppets. X’jiġri minn hawn? Tgħid jirnexxielhom Constantine u Badguy jqarrqu mill-Muppets u jgħaddu għall-pjanijiet aktar sottili li jisirqu xi pitturi famużi minn mużew ġewwa Berlin. X’jigri minn Kermit hekk kif isib ruħhu ġewwa l-kesħa kbira tas-Siberja, maqful ġewwa wieħed mill-agħar ħabsijiet fid-dinja taħt il-ħakma terranika ta’ Nadya li wara kollox kellha grazzja maż-żrinġ  Constantine jew aħjar issa mhux Constantine iżda Kermit?

    Film ħelu ħafna, bi storja tajba barra li hu maħdum b’sengħa kbira, b’kant u żfin li żgur ghandu jogħġob mhux biss lit-tfal iżda wkoll lill-kbar. Il-film għandu wkoll messaġġ pozittiv ħafna fejn juru l-vera l-għaqda u l-fedelta`  li wie]ed isib fost il-Muppets.