-
-
Fl-Ittra Pastorali fis-Solennità ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, l-Isqfijiet Maltin tkellmu dwar il-protezzjoni tal-ħajja f’kull stadju u t-titjib fil-kwalità tagħha f’kull aspett. L-Isqfijiet tefgħu dawl fuq kemm in-Nisrani għandu jinforma ruħu, u b’serjetà jiddeċiedi dwar prodotti mediċinali li jistgħu jiddeterminaw il-ħajja fil-bidu tat-tnissil. Dwar l-ewtanasja, l-Isqfijiet saħqu li n-Nisrani għandu jemmen li l-“valur tal-ħajja umana ma jiddependix minn kemm il-persuna hija b’saħħitha jew sodisfatta bil-ħajja tagħha”. Tennew li s-soċjetà għandha turi “l-wiċċ ħanin tagħha” billi ssaħħaħ il-kura li ttaffi t-tbatija u mhux tiġi offruta l-mewt minflok. B’risposta konkreta, l-Arċisqof ħabbar li l-Knisja f’Malta flimkien mal-Hospice Movement ser tiftaħ Dar il-Ħniena, residenza ġdida li toffri servizzi speċjalizzati u ta’ livell għoli fil-kura li tnaqqas it-tbatija ta’ persuni b’mard terminali. L-Isqfijiet appellaw ukoll biex kull Malti u Għawdxi jistinka biex l-ebda persuna ma tisfa abbandunata fil-marda jew kundizzjoni kronika tagħha. Agħfas hawn biex taqra l-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet.