• Direttur: Shawn Levy
    Atturi: Ben Stilller, Robin Williams, Dan Stevens, Ben Kingsley
    Ħin: 97 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: PG
     
    Larry Daley, li huwa l-gwardjan ta’ bil-lejl fil-Mużew ta’ l-Istorja Naturali fi New York, jiskopri li l-annimali u statwi tax-xema li hemm fil-mużew u li bil-lejl jieħdu l-ħajja, f’daqqa waħda sviluppaw ħsara. Huwa jsib li r-raġuni ta’ dan hija li l-lapida tad-deheb ta’ Ahkmenrah, farawni antik egizzjan, tkun qedha tikkorroda malajr. Għalhekk Daley, akkompanjat minn ibnu Nicky u minn għadd ta’ statwi tax-xema ħajjin kif ukoll xadina, imur il-British Museum f’Londra biex jikkonsulta ruħhu ma  Ahkmenrah. Hemm jiltaqa’ fost oħrajn ma Sir Lancelot u ma Ahkmenrah li jgħidlu li l-lapida qed tispiċċ għax ilha ma tara d-dawl tal-qamar. Daley għalhekk jagħmel ħiltu kollha biex jerga’ jagħti enerġija lil lapida u b’hekk isalva l-ħajja ta’ l-istatwi u l-annimali tal-mużew.
     
    Film t’avventura u kummiedja, it-tielet  wieħed, u probabbli l-aħħar wieħed, fis-serje ‘Night at the Museum’. Dan il-film jinkludi xi karattri ġodda,  l-ambjent ta’ Londra, u t-tema tar-relazzjoni bejn il-missier u l-iben, kif ukoll effetti speċjali tajbin ħafna. Il-plot hu ftit konfuż iżda fih biżżejjed kontenut emozzjonali u viżiv li jagħmlu interessanti. Fih xi xeni ta’ vjolenza u xi ċajt  u mossi baxxi. Nissuġġerixxu li t-tfal ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.