-
-
L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid komuni u staqsa jek il‑ġid li qed jinħoloq fis‑soċjetà tagħna hux qed joħloq disparità ekonomika, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li qed tikber id-differenza bejn is-setgħana u l-foqra.
L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas ta’ dawk il‑membri l‑iktar dgħajfa tas‑soċjetà, hija aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li l-persuni li fl-2016 kieu fir-riskju ta’ faqar ammontaw għal 69,920, skont l-NSO.
“Ir‑rwol ta’ gvern hu li jiżgura li ċ‑ċittadini Maltin ikomplu jgawdu livell ta’ għajxien dinjituż f’pajjiżhom. Dan jinkludi wkoll il‑ħila ta’ familji bi dħul baxx, koppji żgħażagħ li qed jibnu l‑familji tagħhom, u pensjonanti, li jgawdu djar diċenti fejn jgħixu, nutrizzjoni xierqa, edukazzjoni tajba u servizzi tas‑saħħa.”.
Hekk kif il-Gvern jagħmel minn kollox biex jiġbed l‑għonja u s‑setgħana ta’ din id‑dinja biex jinvestu f’Malta, ejjew ukoll nippruvaw niżguraw li l‑familji tagħna ma jiġux imċaħħda minn livell ta’ għajxien diċenti li ħafna jgawdu minnu.
Agħfas hawn biex tisma’ l-omelija tal-Arċisqof dwar li Nippromwovu l-Ġid Komuni.