• *** 

    Diretturi: Will Speck u Josh Gordon

    Atturi: Jason Bateman, Olivia Munn, T. J. Miller, Jillian Bell, Courtney B.Vance, Kate McKinnon u Jennifer Aniston

    Ħin tal-Film: 105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Josh Parker, Uffiċjal Prinċipali Tekniku fil-kumpanija Zenotek ġewwa Chicago, jinsab fil-ħin mal-avukat tiegħu biex qabel iċ-ċelebrazzjonjiet li jsiru fiż-żmien il-Milied, jiffinalizza d-dokumenti għal divorzju minn ma’ martu. Sfortunatament, il-kumpanija li kien jieħu ħsieb ma laqgħetx il-kwota għall-ewwel kwart tas-sena u is-CEO, Carol Nanstone tħedded li sejra tagħlaq il-kumpanija. Minħabba f’hekk, barra li tħassar ir-riċeviment tal-Milied li ssoltu jsir fil-Milied għall-ħaddiema, wkoll  tħabbar li erbgħin fil-mija tagħhom kienu sejrin isibu ruħhom barra mix-xogħol. Ħuha Clay li jaħdem bħala maniġer, jinsab ħerqan li ħadd mill-istaff ma jsib ruħhu bla xogħol.  Diżgrazzatament Carol xejn ma kienet taħmel lil ħuha Clay. Kienet temmen li Clay kien il-favorit ta’ missierha. F’din il-qagħda, sfortunatament, kien hemm bżonn li tinstab soluzzjoni ta’ malajr. Għalhekk Josh u Clay flimkien ma’ Tracey, li kienet il-kap fid-Dipartiment  ta’ Josh, tiġiehom f’moħħhom biex jippruvaw jipperswadu lil  Walter Davis, li kien imexxi kumpanija finanzjarja, biex jidħol sħab magħhom. Carol minnaħa tagħha taċċetta li għal din il-proposta ttihom iċ-ċans biex forsi jistgħu jaqilbu l-folja u Davis jidħol sħab magħhom.  Clay biex juri kemm il-kumpanija hi fis-sod, jistieden lil Davis għar-riċeviment tal-Milied li s-soltu jsir. Carol kienet kontra li jsir dan u qabel ma titlaq lejn New York, toffri lil Josh piżizzjoni għolja fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija ġewwa New York għaliex ma  kienitx temmen li ħuha Carl kien ikun kapaċi li  ssalva l-kumpanija ġewwa Chicago. Clay minnaħa tiegħu kien lest li jonfoq kemm kien hemm bżonn biex isir riċeviment li jibqa’ msemmi. Kollox kien mħejji biex dan ir-riċeviment ikun tassew avventura ta’ ġenn. X’jiġri waqt dan ir-riċeviment li għalih Davis jaċċetta l-istedina? Tgħid l-għan li sar għalih jintlaħaq?

    Film Amerikan, kummiedja, hu taħt id-direzzjoni ta’ Will Speck u Josh Gordon, msejjes fuq storja miktuba minn Jon Lucas u Scott Moore. Minħabba li waqt ir-riċeviment l-mġieba ddeterjorat f’debuxxjar, xorb eċċessiv, abbuż ta’ droga kif ukoll kliem u ċajt goff, ikun tajjen li l-film jarawh il-kbar biss.