• ***

  • Direttur: Peter Berg

    Atturi: Mark Wahlberg, Kevin Bacon, John Goodman, J. K. Simmons, Michelle Monaghan, Alex Wolff u Themo Melikidse

    Ħin tal-Film: 133 min

    Maħruġ minn KRS Releasing.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Fil-15 ta’ April 2013, l-aħwa Dzhokhar u Tamerlan Tsarnaev  jesplodu żewġ bombi waqt il-Maratona ta’ Boston li jikkawżaw paniku sħiħ. Koppja żgħażugħa, Patrick Downes u Jessica Kesky jsibu ruħhom it-tnejn midruba serjament u jispiċċaw rikoverati  ġewwa sptarijiet differenti. It-tnejn jkollhom riġilhom amputata; fl-istess waqt Steve Woolfenden, missier ta’ familja wkoll jisfa’ ferut u sseparat minn ibnu, Leo li jkun salvat minn pulizija u meħud f’post salv. L-Aġent Speċjali fl-FBI, Richard DesLauriers jiġi assenjat biex jinvestiga flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Ed Davis u s-Surġent Jeffrey Pugliese dan il-kaz terroristiku. Sadanittant is-Surġent Tommy Saunders ifittex għal evidenza u jgħin lil dawk li ġew feruti jew isseparati minn qrabathom waqt konfużjoni sħiħa. Fosthom insibu lil Patrick u Jessica kif ukoll Stephen u Leo. Waqt li analisti tal-FBI jkunu qegħdin jinnalizzaw fatti rrekordjati fuq vedjokameras, jidentifikaw lil Dzhokhar u Tamerlan bħala suspetti ewlenin iżda DesLauriers ma jkunx jixtieq li jagħmel pubbliċi r-ritratti jekk ma jkunx hemm iktar evidenza. Iżda meta r-ritratti ta’ dawn is-suspettati jiġu f’idejn l-istampa, jkolli jċedi.  Minn hawn tibda tfittxija bieb bieb għal dawn it-tnejn  li biex jaħarbu minn ghajn in-nies, wara li joqtlu lil Sean Collier, pulizija u jisirqu minn għandu l-pistola,  jaħtfu lill-istudent Dun Meng u bil-karozza tiegħu stess jaħarbu minn hemm. Huma  jistqarru ma’ Meng li kienu fi triqthom lejn New York fejn hemm kellhom l-intenzjoni li jisplodu l-bombi li kellhom magħhom.  X’jiġri minn hawn? Tgħid ikun hemm xi zviluppi ġodda biex dawn iż-żewġ terroristi jinqabdu u jieħdu dak li ħaqqhom?  X’ikun is-sehem ta’ Dun Meng u tas-Surġent Saunders biex iseħħ dan?

    Film Amerikan drammatiku u msejjes fuq ġrajjiet li ġraw f’April tas-sena 2013 waqt il-Maratona ġewwa Boston. Il-film hu taħt id-direzzjoni  ta’ Peter Berg, kitba ta’ Berg, Matt Cook u Joshua Zetumer.  Minħabba xeni qawwija ta’ nies li weġġgħu serjament b’feriti gravi u xi whud minnhom mietu wkoll, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.