-
-
****
Direttur: Roberts “Bobs” Gannaway
Ilħna: Dane Cook, Stacy Keach, Brad Garret, Danny Mann, Teri Hatcher, Julie Bowen, Ed Harris, Wes Studi u Dale Dye
Ħin tal-film: 84 min.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: U
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PGDusty Grasshopper kiseb suċċess kbir fit-titjir ta’ ajruplan zgħir. Kien meqjus wieħed mill-aħjar piloti ta’ żmienu. Iżda sfortunatament, il-gerboks tal-magna ġralha ħsara kbira. L-ajruplan żgħir li kien itajjar kien qadim u l-kumpanija li pproduċietu, ma kienitx għada tagħmel partijiet ta’ bdil. Rizultat ta’ dan, Dusty kellu jtemm ħesrem it-tigrijiet li kien tant magħruf għalihom. Dottie, il-mekanik li kien jieħu ħsieb l-ajruplani, rrnexxielu jinstalla apparat fejn kien jindika Dusty meta Dusty kellu nnaqqas l-veloċita jekk ma riedx li jkompli jfarrak l-magna għal kollox. Dusty Iżda mar kontra kull parir li Dottie tah. F’waħda mit-titjiriet tiegħu, għal darb’oħra l-magna falliet u Dusty spiċċa jillandja l-ajruplan b’emerġenza b’riżultat li spiċċa għamel diżastru fl-ajruport zgħir ta’ Propwash Junction fejn mhux biss ikkawza nar kbir, iżda wkoll li l-ispettur tal-gvern ma kellux alternattiva oħra li jgħalaq l-ajruport sakemm jerġa’ jkun f’qagħda li jkun tajjeb għat-titjir. Mgħobbi b’dispjaċir kbir għal dak li wettaq, Dusty iddeċieda li jitħarreġ bħala pilota li jkun jista’ jingħaqad ma’ numru ta’ ajruplani oħra li x-xogħol ewlieni tagħhom kien li jitqabbdu man-nirien li minn żmien għal żmien kienu jaqbdu fil-foresti tal-qrib. Fi żmien qasir, Dusty kiseb il-liċenzja li u b’hekk seta’ jingħaqad ma’ dan it-tim fosthom Blade Ranger, ħelikopter u t-tim kuraġuż tiegħu Dipper, Cabbie li fuqu kien ikun hemm numru ta’ vetturi żgħar li permezz ta’ paraxut kienu jinżlu jitqabdu wkoll fl-art kontra n-nirien. X’jiġri meta nar kbir fil-foresta beda jhedded li jintilef kull kontrol b‘rizulat diżastruż. X’rowl kellu Dusty f’din il-ġlieda biex jintefa’ dan in-nar qawwi li kien qiegħed jinfirex b’rata qawwija?
Film bi 3D bi ġrajja ħelwa ħafna u maħdum b’sengħa kbira. Fl-istorja ta’ Dusty, ajruplan żgħir u ta’ sħabu, joħroġ ħafna pozittiv l-aktar fejn jidħol il-kuraġġ u d-determinazzjoni li akkost ta’ kollox, anke biċ-cans li wieħed jitlef ħajtu, jkun lest li jaghmel kollox anke dak li jidher impossibli. Minħabba li hemm sitwazzjonijiet tal-biza` fit-tentatv biex jiintefa’ n-nar, ikun tajjeb li t-tfal żgħar ikunu akkompanjati minn xi adult.