-
-
***
Direttur: Matthew Warchus
Atturi: Ben Schnetzer, George MacKay, Jessica Gunning, Bill Nighy
Ħin: 120 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 15F’Ġunju 1984, Joe, żgħażugħ ta’ 20 sena li qed jitħarreġ għal chef, jiżgiċċa mid-dar u jmur jieħu sehem fill-London Gay Pride parade. Waqt li jkun hemm jinġarr ma grupp ħbieb politiċiżżati li jkomplu jiffestiġġjaw f’ħanut tal-kotba jismgħu “Gay’s the Word”. Hemmhekk, bil-ħila ta’ Mark, żgħażugħ mill-Irlanda ta’ Fuq li jkun qed jiġbor fondi biex jgħin lil ħaddiema tal-minjieri li jkunu qed jistrajkjaw kontra l-miżuri iebsin ta’ Margaret Thatcher, titwaqqaf l-LGSM (Lesbians & Gays Support the Miners). Meta jsaqsuh għaliex għandhom jgħinu lil ħaddiema tal-minjieri li ma tantx iħarsu sabieh lejn il-gays, Mark ifakkarhom li kemm il-gays u kemm il-ħaddiema tal-minjieri għandhom għedewwa komuni – Margaret Thatcher, il-pulizzija u l-gażżetti tal-lemin. Ma jkunx faċli li l-LGSM isibu ħaddiema tal-minjieri li jaċċettaw għajnuna mingħandhom, iżda fl-aħħar isibu grupp ta’ ħaddiema f’Dulais, raħal żgħir f’Wales, li jaċċettaw l-għajnuna tagħhom. Film Ingliż, komiku – drammatiku, ibbażat fuq ġrajja vera. Ġol-qalba ta’ l-istorja tal-film hemm diversi karattri fi vjaġġ personali biex jiskopru lilhom infushom. Il-film jittratta diversi temi soċjali, mingħajr ma’ jiġġudikom, l-iktar biex iħajjar lil dak li jkun li jaħseb dwarhom. Fih xeni ta’ vjolenza, kliem ħażin u doppju sens. Jgħodd għal dawk ‘l fuq minn 15 il-sena.
-