-
Prisoners
-
****
Direttur: Denis Villeneuve
Atturi: Jake Gyllenhead, Hugh Jackson, Terrence Howard
Ħin: 145 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18Keller Dover u marthu Grace flimkien ma’ wliedhom, binthom ta’ sitt snin Anna ħuha ikbar minnha, imorru għand Franklin u Nancy Birch, li għandhom ukoll tifla ta’ mpar Anna jisimgħha Joy u tifla oħra ikbar, għall-ikla tat-Thanksgiving. Wara li spiċċaw l-ikla l-ġenituri joqgħodu jitkellmu bejniethom filwaqt li uliedhom żgħażagħ qed jaraw it-televiżjoni; it-tfal iż-żgħar, iżda, Anna u Joy joħorġu barra. Il-ħin jgħaddi iżda Anna u Joy ma’ jirritornawx id-dar. Għall-ewwel ħadd ma’ jeħodha bi kbira, iżda wara li jfittxuhom fl-inħawi ma’ madwar u ma’ jsibuhomx, iċemplu lil pulizzija għax jidher ċar li ġew maħtufin. Jasal id-detective Loki, li għandu repetizzjoni li jsolvi l-każijiet. L-ewwel indikazzjonijiet jitfgħu s-suspett fuq Alex Jones iżda jirriżulta li dan hu nieqes minn moħħu u mhux kapaċi jfassal pjan ta’ ħtif ta’ persuni u għalhekk Loki jitilqhu, minkejja li l-evidenza ċirkumstanzjali tipponta lejh. Keller, madankollu, jiddeċiedi li jġiegħel lil Jones hu stess biex jgħidlu fejn jinsabu t-tfal li ħataf. Loki sadanittant ikompli l-investigazzjoni tiegħu u jibda jiskopri kobba moħbija ta’ ġrajjiet imħawwda.
Thriller drammatiku maħdum tajjeb ħafna li mhux biss jipprova jiskopri min għamel id-delitt imma wkoll jeżamina l-kwestjoni tal-ħtija, ta’ l-innoċenza u tad-disperazzjoni. Film interessanti ħafna imma skomdu u li jdaħħlek f’qoxortok. Fih vjolenza qawwija, kliem ħażin, u temi maturi. Jgħodd għal udjenza adulta.