Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am
Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.
Quddiesa tal-ordinazzjoni presbiterali mill-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fis-6:30pm
Agħfas hawn għal dettalji dwar id-djakni u l-qari tal-Quddiesa.
Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa
Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem.
Ammen.
Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.