• ***

      Direttur: Paul W.S. Anderson

      Atturi: Milla Jovovich, Ali Larter, Shawn Roberts, Ruby Rose, Eoin Macken, Lee Joon Gi, William Levy u Iain Glen

      Ħin tal-Film: 106 min

      Maħruġ minn KRS Releasing  Ltd.

      KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

      KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

      Permezz ta’  xeni retrospettivi, nsiru nafu li Dr.James Marcus, il-fundatur oriġinali tal-Korporazzjoni Umbrella kellu bintu Alice marida serjament. F’din il-qagħda, biex isalva lil bintu, żviluppa t-T-virus bħala mezz ta’ kura mil-mard kollu fid-dinja. Wara li din is-sejba ħadha d’idu  Dr. Alexander Isaacs, is-sieħeb fin-negozju ta’ Marcus, dan ipprova jikkonvinċih biex ibiegħ t-T-virus għal skopijiet militari. Iżda Marcus jirrifjuta li jagħmel  dan b’konsegwenza li Isaacs ordna lil Albert Wesker biex joqtol lil Marcus.  Jgħaddi ż-żmien u  Alice tistenbaħ fost il-ħerba tal-White House ġewwa Washington wara li kienet mqarrqa minn Wesker. Hekk kif Alice kienet qegħda tfittex għal iktar nies li salvaw, ir-Red Queen tidħer u tgħid lil Alice li kien hemm il-ħtieġa li hi terġa’ lura lejn il-Hive ġewwa Racoon City u dan trid tagħmlu fi tmienja u erbgħin siegħa Hawn il-Korporazzjoni Umbrella kienet żvilluppat anti-virus li kien joqtol kull organizzmu li kien ġie infettat bit-T-virus. Dan kien hemm bżonn li tagħmlu qabel mal-kumplament tal-umanita’ tiġi fix-xejn. Meta Alice ssaqsi għaliex għandha tqarraq b’dawk li ħolquha, r-Red Queen tgħidilha li ssir taf meta tasal f’The Hive. Fi triqtha lejn RacoonCity, Alice tinqabad minn Isaacs, iżda jirnexxielha taħrab. Wara li tasal ġewwa Racoon City, li kienet tinsab f’ħerba, tinqabad din id-darba minn grupp ta’ nies li kienu salvaw. Fosthom insibu lil Doc, Abigail, Christian, Cobalt, Razor u Claire Redfield. Wara li jsiru jafu li numru ta’ vetturi armati u folla kbira ta’ żombi kienu resqin  lejn il-belt, il-grupp jħejji ruħu biex jwaqqafhom u li fil-fatt jirnexxielom għalkemm Cobalt jisfa’ maqtul. Iżda ma jdumux ma jirrealizzaw li grupp ieħor ikbar kien riesaq lejn il-belt. Għalhekk Alice u l-grupp jiddeċiedu li jidħlu ġewwa l- Hive li kienet fil-qiegħ tal-krejter. X’jiġri minn hawn?  Wesker sadanittant kien ha f’idejh il-Hive.

      Film ta’ fantaxjenza taħt id-direzzjoni u kitba ta’ Paul E. S. Anderson. Dan il-film isegwi l-film: Resident Evil: Retribution li ħareg fl-2012. Dan hu s-sitt u l-aħħar wieħed tas-sensiela . Minħabba numru ta’ xeni vjolenti kif ukoll kliem oxxen, ikun jaqbel li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.