Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.
rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien
Kull darba li ma nagħtux każ tal-għeruq tagħna u ninsew minn fejn ġejjin, niftaqru. L-identità tagħna tkun mhedda u nirriskjaw li nisfaw vittmi ta’ forom ġodda ta’ kolonizzazzjoni ideoloġika. Fl-istess ħin, jekk nenfasizzaw iżżejjed l-għeruq, il-memorja u l-identità tagħna, nistgħu neħlu f’ideoloġiji nostaliġiċi li jeskludu lill-oħrajn u jħalluna imwaħħlin fil-passat.
Ma’ Fr Nicholas Doublet, lettur fl-istorja tal-Knisja fl-Università ta’ Malta u Dr Karsten Xuereb, riċerkatur fir-relazzjonijiet kulturali b’mod speċjali fil-Mediterran, nitkellmu dwar il-vokazzjoni ta’ Malta li nkunu “laboratorju ta’ żvilupp organiku” (Papa Franġisku). Fejn qed nonqsu f’dan il-qasam? U fejn nistgħu nilmħu sinjali ta’ tama li jwasslu għal futur fejn nieħdu ħsieb b’mod kreattiv il-memorja tal-passat?
Artikli marbutin ma’ din it-tema: