Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Il-Knisja f’Malta.
rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien.
Jekk “l-onestà, il-ġustizzja, is-sens tad-dmir u t-trasparenza huma pilastri essenzjali ta’ soċjetà ċivilment avvanzata” (il-Papa Franġisku f’Malta fis diskors lill-Awtoritajiet, lis-Soċjetà ċivili, u lill-Korp Diplomatiku), kif sejra Malta f’dan il-qasam? Filwaqt li kulħadd donnu jaqbel li Malta jeħtieġ li tħaddan dawn il-prinċipji ta’ governanza tajba, in-nuqqas ta’ fiduċja u ċ-ċiniżmu li n-nies juru lejn dak kollu li hu politiku qed jiżdied b’rata allarmanti.
Ma’ Dr Lawrence Gonzi, li kien prim ministru ta’ Malta, u Dr Evarist Bartolo, li kien ministru ta’ l-edukazzjoni u ta’ l-affarijiet barranin, niddiskutu r-realtà kumplessa tal-ħajja politika f’Malta. Flimkien ma’ Mark Cachia mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, jitkellmu wkoll dwar il-bżonn urġenti li jiġu affrontati l-kawżi prinċipali tad-diżillużjoni vost il-votanti, billi jsiru r-riformi istituzzjonali neċessarji flimkien ma’ sforz imġedded fejn tidħol l-edukazzjoni fil-valuri u l-parteċipazzjoni politika.
Artikli marbutin ma’ din it-tema: