• ***

    Direttur: Faoud Mikati
    Atturi: Rosamund Pike, Shiloh Fernandez, Nick Nolte, Camryn Manheim u  Illeana Douglas
    Ħin tal-Film: 95 min.
     

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Miranda li taħdem bħala nurse,  tgħix f’belt żgħira,  qegħda tistudja biex isir infermiera fid-Dipartiment tal-Kirurġija. Miranda wkoll tinsab fi trattattivi biex tixtri dar ġdida. Tgħix waħeda għalkemm f’dawn il-jiem għamlet data ma’ Kevin li kienet għadha ma tafux u qatt ma ltaqgħet miegħu.  Il-jum li kellha tiltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Kevin, iħabbat il-bieb iktar kmieni minn dak miftieħem. B’sorpriża ssib li dak li ħasbet li kien dak li għamlet l-appuntament għall-ewwel laqgħa, deher ġuvni li fil-fatt abbużah u stuprah wara ftit tal-ħin li kienet daħlitu. Meta Kevin wasal ftit tal-ħin wara, ssib xena tal-biża’, b’Miranda taħt xokk kbir u mweġġa serjament tant li spiċċat l-isptar wara li Kevin ċempel għal-pulizija. Miranda setgħet tikxef min kien dak li stuprah. Dan kien  William li ftit ġranet qabel kien daħal fuqha f’ristorant. Konsegwenza ta’ dan l-inċident, Maranda sabitha diffiċli biex issa tbiegħ id-dar. Barra hekk bdiet tinnota li idha l-leminija kienet bdiet tirtott. Dan kien ifisser li kienet sejra ssibha mpossibli li tkompli l-istudji tagħha biex isir infermiera fid-Dipartiment tal-Kirurġija. Miranda tiddeċiedi li tikteb ittra lil dak li kien stuprah u li issa jinsab il-ħabs. Kif timpustah, naraw fuq wiċċ Miranda,  tbissima. X’kien hemm f’moħħha? Sadanittant,  Miranda tagħmel ħilitha biex tkompli ħajjitha u għalkemm l-ittri li bdiet tibagħat lil Wlliam,  bdew jiġu lura, kompliet tibgħat ittra wara l-oħra sakemm fl-aħħar tirċievi risposta mingħand William,  b’nota: “You win”. Miranda għalhekk bdiet tagħmel żjarat ġewwa l-ħabs  u f’waħda minn dawn il-laqgħat,  William wera d-dispjaċir tiegħu għal dak li kien għamel. Bejniethom deher tidħol bejniethom ħbiberija u anke ftit kunfidenzi.  Jgħaddu s-snin u Wllliam issa ħieles, jibqa’ b’kuntatt ma’ Miranda li toffrilu li jiġi fejn toqgħod u jagħmel xi xogħol fuq barra tad-dar. X’jiġri iżda wara dan? X’kienet ippjanat Miranda għal Wlliam? 

    Film Amerikan, triler, taħt  id-direzzjoni ta’ Faoud Mikati. Il-protoganista tal-film, Miranda, infermiera, bl-ghan li tieħu postha fid-Dipartiment tal-Kirurġija wara traġedja li kellha, meta ġuvnott stuprah, il-ħolma ttir mar-riħ. Miranda tippjana kif sejra tivvendika ruħha minn dan il-ġuvnott wara li joħroġ mill-ħabs. Minħabba t-tema ta’ vendetta u tpattija, kif ukoll xena ta’ stupru aggavat bi vjolenza, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.