****
Direttur: Jose` Padilha
Atturi: Joel Kinnnaman, Gary Oldman, Michael Keaton, Samuel L. Jackson, Abbie Cornish, Jackie Earle Haley, Michael K. Williams u Jennifer Ehle
Ħin tal-film: 118 min
Maħruġ minn KRS Film Distributors
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A
Fl-2028, il-kumpanija multinazzjonali , korporazzjoni kbira li matul is-snin zvilupat it-teknologija fejn jidħlu d-drones għal użu militari, qegħda ssibha diffiċli ħafna biex tuża lokalment dawn id-drones li jkunu armati biex jiddefendu ċ-ċittadini ta’ Detroit minħabba l-Att Dreyfuss li għamilha kontra l-liġi li jintużaw. Biex idur ma’ din il-liġi, il-kap tal-OmniCorp Raymond Sellars, jibda jaħdem max-xjentist Dr. Dennett Norton biex joħolqu prodott ġdid iżda din id-darba jkollu l-element fih ta’ uman mħallat ma’ magna. Il-pulizija Alex Murphy iweġġa’ serjament meta bomba, mqegħda mal-karozza tiegħu minn pulizija korrroti, mqabbdin minn kap kriminali Antoine Valon, ħallewh immankat għal għomru. Norton, bil-kunsens ta’ Clara, mart Alex, jiddeċiedi li jibda l-programm RoboCop billi jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ Alex. Meta Alex jiġi mlibbes il-libsa ta’ RoboCop dan mhux biss juri ħila u saħħa tal-għaġeb iżda wkoll intelliġenza fenominali. Alex għal bidu ma jaċċettax din il-qagħda ġdida iżda Norton jikkonvinċih biex jagħmel dan għal ġid ta’ martu u ibnu. Rick Mattox, l-espert militari fil-Korporazzjoni OmniCorp kien xettiku ħafna li dan l-esperiment kien sejjer jirnexxi. Norton minnaħa tiegħu biex jagħmel lil Alex iktar effiċjenti ibagħbas ma’ moħħ Alex biex jibda jemmen li dak li qiegħed jagħmel kollu ġej mir-rieda ħielsa tiegħu. X’jiġri minn hawn? Tgħid l-esperiment jirnexxi u xi jkun is-sehem ta’ RoboCop biex jikkontrolla l-kriminalita’ ġewwa Detroit?
Film intessanti, bi storja tajba, mimli azzjoni u maħdum b’sengha kbira. Fih element pożittiv ħafna fuq il-familja u l-ghaqda li għandha tezisti anke meta jkun diffikultajiet kbar. Minħabba vjolenza tajjeb li t-tfal ikunu akkumpanjati minn xi adult.