-
Sabotage
-
**
Direttur: David Ayer
Atturi: Arnold Schwarzenegger, Sam Worthington, Olivia Williams
Ħin: 109 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 18
Klassifika tal-Knisja: 18
John “Breacher” Wharton huwa l-kap ta’ tim ta’ pulizzija speċjalizzati kontra d-droga iżda li huma wkoll korrotti. Huma jidħlu f’dar ta’ kartell tad-droga, joqtlu lil kull min ikun hemm, u jieħdu somma kbira ta’ flus li jsibu hemm. Iżda qabel ma’ jpoġġu dawn il-flus fl-għassa, jieħdu $10 miljun minnhom u jaħbuhom f’pipe tad-dranaġġ. Meta jmorru biex jiġbru dawn il-flus ma’ jsibuhomx hemm. Wara ftit il-membri ta’ dan il-tim ta’ Breacher jibdew jiġu maqtula brutalment. Waqt li Breacher jipprova jsib jekk hux xi wieħed mit-tim tiegħu stess huwa t-traditur jew inkella huwiex il-kartell tad-droga li qed joqtol in-nies tiegħu, jiġi fl-inkwiet mad-detective li ġie mqabbad biex jinvestiga dawn il-qtil.
Il-film huwa thriller b’ħafna azzjoni u suspens. Schwarzenegger jaħdem il-parti prinċipali, b’rwol differenti minn tas-soltu minħabba li din id-darba jaħdem parti ta’ pulizzija korrott. Film b’ħafna vjolenza u dmija, inkluża tortura. Fih kontenut sesswali u nudita’, teħid ta’ droga, u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.