Fl-anniversarju tat-twelid ta’ San Ġorġ Preca, nhar l-Erbgħa 12 ta’ Frar 2025, il-membri u l-kandidati kollha tal-oqsma ta’ Malta tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija nġabru għal ċelebrazzjoni sabiħa fi spirtu ta’ talb fl-Awditorju fid-Dar Ġenerali, il-Blata l-Bajda. Huma irriflettew kif San Ġorġ Preca, bil-ħidma u l-kitba tiegħu, kien u għadu sinjal ta’ tama għall-poplu ta’ Alla.

Permezz ta’ qari mill-Iskrittura, mill-kitbiet tal-Papa Franġisku, kif ukoll mit-talb ta’ San Ġorġ Preca stess, il-membri u l-kandidati ħasbu fuq kemm il-bniedem huwa ixxurtjat li għandu lil Alla nnifsu li jinteressa ruħu u jixtieq li kulħadd jirrikori lejh f’kull bżonn tiegħu. Alla, li huwa l-akbar benefattur tal-bniedem żġur li jipprovdielu dak li huwa meħtieġ u ta’ ġid għalih.

Sors: https://sdcmuseum.org/