• ****

    Diretturi: Richard Starzak u Mark Burton

    Ilħna: Justin Fletcher, John Sparkes, Omid Djalili, Kate Harbour, Richard Webber, Tim Hands, Simon Greenall u Emma Tate

    Ħin tal-film: 85 min.

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    L-istorja tal-film ssegwi lil Shaun, Bitzer u l-mer]la tan-nagħaġ, hekk kif dawn kollha, ssibu ruħhom fil-belt biex isalvaw lil Mr. X, bidwi, li sab ruħhu mitluf fil-belt wara li Shaun kien wettaq mqarbezza li kważi swiet il-ħajja tal-bidwi. Fl-inċident li kkawża Shaun, Mr. X sab ruħhu f’qagħda li setgħet kienet fatali. B’xorti tajba iżda, sofra biss daqqa f’ rashu wara li l-karavan li kien jinsab fih, bla ebda kontrol spiċċa f’nofs il-belt wara ħerba sħiha li għamel fi triqtu mir-rażżett lejn il-belt. Mr. X tilef il-memorja. L-uniku ħaġa li kien jiftakar kienet li hu kien iġġeżż in-nagħaġ li kellhu. Kienet importanti li talinqas baqa’ jiktakar dan. Shaun sadanittant jinqabad minn dak li x-xogħol tiegħu kien li jaħtaf annimali li kienu jiġġerew fi  triq. Shaun isib ruħhu f’ċella ma’ sieħbu Bitzer. Ftit wara iżda Shaun u Bitzer jaħarbu u jsibu lil Mr. X li b’xorti ħażina għalihom ma għarafhomx. Mr. X issa sar ċelebrita`  famuż bħala stilista tax-xagħar meta litteralment ġeżż ix-xagħar ta’ ċelebrita`   famuż,  b’riżultat  li l-qatgħa xagħar saret issa moda ġdida. Shaun u Bitzer jibqgħu diżappuntati għall-aħħar li Mr. X ma għarafhomx. X’setgħu jagħmlu issa?  B’daqxejn ta’ ħsieb, il-merħla nagħaġ jivvintaw pjan – pjan li jippruvaw iraqdu lil kulħadd biex b’hekk ikunu jistgħu  jaħtfu lil bidwi u jieħduh lura lejn ir-rażżett. Iżda faċli tgħidha milli twettaqha l-aktar meta r-raġel li kien jaqbad l-annimali mitlufa kienet qiegħed jaghmel  ħiltu biex jaqbadhom kollha.  Tgħid jirnexxelhom fil-pjan tagħhom?

    Film Franċiż-Bittaniku, animat bi storja ħelwa li tlaqqagħna ma’ Mr. X u l-merħla ta’ nagħaġ li kellhu. L-avventura li jgħaddu minnha kienet tassew ta’ ġenn. Film li għandu  jingħoġob mit-tfal kif ukoll mill-kbar.  Fih messaġġ pozitiv hafna fejn juri l-fedelta’ ta’ dawn in-nagħaġ lejn sidhom.