• *****

    Direttur: Sam Mendes

    Atturi: Daniel Craig, Christoph Waltz, Lea Seydoux, Ben Whishaw, _Naomie Harris, Dave Bautista, Andrew Scott, Monica Bellucci u Ralph Fiennes

    Ħin tal-Film: 148 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    F’missjoni mhux uffiċjali ġewwa Messiko, James Bond jispara lejn żewġ irġiel li kienu qegħdin jippjanaw espluzzjoni ġewwa Stadju mimli nies. Bond joqtol wieħed minnhom iżda wkoll  jisplodi l-bomba b’riżultat devastanti. Bond jirnexxielu jmur għal wara Marco Sciarra li ma mietx fl-ispluzzjoni u rrnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ użu  ta’ ħelikopter. Bond b’ħila kbira jaqbad mal-ħelikopter. Wara taqtigha ħarxa bejniethom, Bond joħroġ rebbieħ. B’xorti tajba jeħlisha ħafif wara li rrnexxielu jaħtaf iċ-ċurkett mis-saba’ ta’ Sciarra. Dan iċ-ċurkett kellu l-marka ta’ skorpjun. Lura Londra, Bond jiġi sospizz minn aġent sigriet. Jidhħr li bejn l-aġenzija M15 u l-aġenzija oħra M 16, kien hemm firda għalkemm issa kienu suppost jaħdmu  f’aġenzija waħda. Il-kap tal-aġenzija C ried joħloq aġenzija mondjali bl-isem ta’ “Nine Eyes” li kienet tfisser kooperazzjoni bejn disa’ pajjiżżi. Riżulat ta’ dan,  l-agenzija M 15 kellha tingħalaq.  Bond ma jobdiex l-ordni li tah M u jmur Ruma għal funeral ta’ Sciarra. Fil-għaxija jiltaqa’ ma’ l-armla ta’ Sciarra, Luċia li żvelat miegħu l-organizazzjoni kriminali li fiha r-raġel tagħha kien jagħmel parti. Bond b’riskju kbir jattendi għall-laqgħa bis-saħħa taċ-ċurkett li kellu iżda  ma jdumx ma jinqabad. Minn hawn tibda taqtiegħa bejn Bond u l-organizazzjoni SPECTRE.  L-istħarriġ li jagħmel Bond iwasslu biex jagħmel żjara  lil White, missier Dr. Madeline Swann li jitolbu biex jieħu ħsieb lil bintu. Meta sabha,  tieħdu ġewwa lukanda bl-isem ta’ L’Americano ġewwa Morocco. X’jiġri minn hawn? Il-kobba tkompli titħawwad. Bond u Swann jiltaqgħu ma’ Oberhauser li bena faċilita’  ta’ spjunaġġ fid-deżert. Missier Oberhauser kien addotta lil Bond wara li dan sefa’ orfni.  X’kien il-ħsieb ta’ Oberhauser li jkollu dawn il-faċilitajiet u kif ittratta lil Bond u lil Swann meta jiġu taħt idejh?

    Spectre hu l-erbgħa w għoxrin fis-sensiela ta’ James Bond, pruduzzjoni minn Edon Productions, taħt id-direzzjoni ta’ Sam Mendes. James Bond  ikollu l-ewwel esperjenza ma’ organizazzjoni kriminali u mondjali taħt l-isem ta’  Spectre. Film spettakulari, mimli azzjoni, bi storja tajba li  għandu jogħġob lil dawk  kollha li  huma delettanti ta’ din is-sensiela. Minħabba li fih amont ta’ vjolenza kif ukoll xeni qawwija li jistgħu jħawwdu lit-tfal, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax- il sena.