-
-
It-temp inbidel, u l-aħbarijiet dwar it-traġedji umani fil-Mediterran qed nisimgħuhom kontinwament. Kull ġimgħa nisimgħu kemm nies jitilfu ħajjithom fl-ibħra ta’ madwarna. Il-Papa Franġisku tkellem fuq kif għandna nagħtu każ ta’ din il-problema, u mhux nibqgħu indifferenti lejn eluf ta’ nies li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba sitwazzjonijiet imwiegħra. L-Arċisqof Charles J. Scicluna rrifletta fuq kemm il-Maltin jeħtieġ li jkunu “protagonisti f’kultura ta’ mogħdrija u solidarjetà” lejn dawn ħutna. “It-tradizzjoni ta’ kompassjoni u aċċettazzjoni lejn ħaddieħor trid tkompli”, qal l-Arċisqof, filwaqt li fakkar li kienu dawn l-istess virtujiet li laqgħu fuq xtutna mhux biss lil San Pawl, imma lil tant persuni oħra li arrikkew lil pajjiżna. L-Arċisqof appella biex “fuq kollox, nuru solidarjetà lejn nies oħra billi nagħmluha possibli li Malta ssir parti minn strateġija ta’ ħniena”. Aqra d-diskors tal-Arċisqof hawnhekk.