-
-
L-Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill-Insara sabiex fl-aktar ġimgħa importanti għall-Knisja Kattolika jfittxu lil Ġesù f’min qed ibati.
Din il-ġimgħa, li għaliha aħna mħeġġin nipparteċipaw fil-funzjonijiet li jsiru fil-knejjes tagħna, tibda biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, u tilħaq il-qofol tagħha fil-festa tal-Għid il-Kbir.
Il-Ġimgħa Mqaddsa hija oppportunità biex nirriflettu fuq il-grazzja tas-salvazzjoni li kiseb għalina Sidna Ġesù Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Barra minn hekk, aħna msejħin inwasslu din il-grazzja fil-konkret lil min hu batut, lil min hu marid, lil min tilef lil xi ħadd għażiż, lil min ma jiflaħx iġorr is-salib waħdu jew min qata’ qalbu.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna jistedinna biex miegħu niċċelebraw dawn il-jiem qaddisa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Agħfas hawn għal aktar dettalji.