-
-
***
Diretturi: Graham Annable, Anthony Stacchi
Atturi: (vuċijiet ta’) Elle Fanning, Simon Pegg, Ben Kingsley, Jarred Harris
Ħin: 97 minutiKlassifika taċ-Ċensura: U
Klassifika tal-Knisja: UPGF’Cheesebridge in-nies huma ossessjonati bil-għana, bil-klassi, u bl-aqwa ġobon. Taħt it-toroq ta’ din il-belt, miksijin b’ċangatura, jgħixu l-Boxtrolls, li n-nies tal-belt iqiesuhom monstri skifużi li matul il-lejl joħorġu mid-dranaġġ u jisirqu dak li għan-nies ta’ Cheesebridge huwa l-iktar għażiż: it-tfal u l-ġobon tagħhom. Fil-verita’, il-Boxtrolls huma komunita’ ta’ speċi ta’ ħut, simpatiċi, li jgħixu fl-għerien taħt l-art u li jilbsu kaxxi tal-kartun, u li jiġbru l-affarijiet mogħrmijin. Il-Boxtrolls rabbew tifel orfni, jismu’ Eggs, sa minn meta kien għadu tarbija. Meta jsibu ruħhom mhedda minn Archibald, bniedem kattiv li jrid jeqred il-Boxtrolls biex jindijes mas-soċjeta’ ta’ Cheesebridge, huma jiddependu fuq l-għajnuna ta’ Eggs u ta’ tifla sinjura, Winnie, biex isalvawhom. Film animat, kummiedja, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Alan Snow, Here Be Monsters. Fih messaġġ pożittiv ta’ ħbiberija u solidarjeta’. Minħabba xi xeni ta’ vjolenza u ta’periklu u xi ftit ċajt goff, nissuġġerixxu li t-tfal ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.