-
-
***
Direttur: Antoine Fuqua
Atturi: Denzel Washington, Chloe Grace Moretz, Marton Csokas
Ħin: 131 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18Robert McCall huwa veteran tas-CIA. Huwa bniedem kwiet, jaħdem f’supermarket ta’ affarijiet tal-kostruzzjoni u tad-dar ġewwa Boston; huwa armel u m’għandux tfal. Robert iħobb jaqra ħafna u jqatta’ l-iljieli f’restaurant jaqra. Hemmhekk kullħadd jaf ismu’, fosthom prostituta żgħażugħa Russa jisimha Teri li kultant toqgħod titkellem ftit miegħu. Meta Teri tispiċċa l-isptar kollha tbenġil bid-daqqiet li jkun ta l-pimp Russu vjolenti tagħha, Robert jiddeċidi li jieħu l-affarijiet f’idejh u joffri li jħallas id-dejn ta’ Teri biex b’hekk tikseb il-liberta’ tagħha. Iżda l-pimp u r-ruffjani tiegħu jwaqqawh għaż-żuffjett, u għalhekk Robert jibdel it-tattika tiegħu u jeliminhom. Imma issa se jkollu jeħodha ma’ Teddy, il-qattiel prinċipali tal-boss tal-mafja russa, Vladimir Pushkin, u ċ-ċorma tiegħu. Thriller t’azzjoni, adattat mis-serje televiżiva tas-snin 80. L-interess tal-film jiddependi fuq Denzel Washington li bil-ħila tiegħu jżomm il-film interessanti għalkemm ma’ tantx għandu wisq x’jgħinu f’dak li hu script u plot. Il-film fih ħafna vjolenza qawwija u mdemmija kif ukoll kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.