-
The Family
-
Direttur: Luc Besson
Atturi: Robert De Niro, Michelle Pfeiffer, Dianna Agron, Tommy Lee Jones, John D’Leo, Jimmy Palumbo, Demenick Lombardozzi u Stan Carp
Ħin tal-film: 111 min.
Maħruġ minn KRS Film Distributors
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Għaddew sitt snin minn meta Giovanni Manzoni, wieħed mill-kapijiet tal-mafia, kien intqal li wettaq azzjoni negattiva kontra Don Luchese, kap ieħor tal-mafia fil-komunita’ ta’ Brooklyn. Talli għamel hekk, Don Luchese pprova joqtlu. Riżultat għal dan l-attentat, Manzoni spjuna fuq Don Luchese li spiċċa l-ħabs. Minnaħa l-oħra, Manzoni u l-familja tiegħu nataw protezzjoni mill-istat, bi program speċjali u poġġew taħt il-ħarsien ta’ Stannfield, aġent tal-FBI. Dan kien ifisser li minn żmien għal żmien kien meħtieġ li l-familja Manzoni tibdel il-lokal fejn toqgħod. Din id-darba, nsibuhom jieħdu kenn ġewwa l-belt ċkejkna fil-Normandija fejn hemm ftit li xejn kien hemm ċans li xi hadd isir jaf l-identita` tagħhom. Hekk kif bdew jidraw l-ambjent ġdid, kull membru tal-familja, xi kull tant kienu jaqgħu fit-tentazzjoni li jerġgħu jwettqu xi atti vjolenti li kienu mdorijin iwettqu meta kienu membri tal-mafia. Dawn l-atti vjolenti u li wieħed ma kienx jistenniehom minn nies normali, xejn ma kienu jinżlu tajjeb mad-detektivs li kienu jieħdu ħsiebhom. Kellu jkun it-tifel Waren Ii jikxef fejn kienu jinsabu meta hu beda biex iwaqqaf mini-mafia fl-iskola fejn kien jattendi u f’artiklu żgħir li kiteb fuq il-magazin tal-iskola kkwota qawl magħruf li Don Lochese kien iħobb ittenni. B’xi mod jew ieħor, Don Luchese jsir jaf fejn kienu u ma jdumx ma jibgħat fil-belt ċkejkna u kwieta numru ta’ nies qattiela Ii kienu lesti għal kollox iżda l-aktar ħaġa mportanti, li jelliminaw il-familja ta’ Manzoni. Tgħid jirnexxielhom? Xi tkun ir-reazzjoni tal-membri tal-familja Manzoni għal dan l-attentat perikoluż fuq ħajjithom? Kif sejrin jirreaġixxu u x’jigri meta jsiru jafu bil-periklu?Film kummiedja, mimli azzjoni iżda vjolenti ħafna, magħruf ukoll bhala ‘Malavita’. Minħabba qtil vjolenti, imġieba sesswali xejn koretta, kif ukoll ċajt irreverenti u li anke jwaqqa għaċ-ċajt is-sagrament tal-qrar, barra wkoll bosta kliem goff, jitlob li dan il-film jarawh il-kbar biss.